Meta Jitlaq Kulħadd
Puesia
Meta jitlaq kulħadd
u jibqa' biss ir-riħa tas-sigaretti;
meta jtektek fina dak li mar ħaúin,
meta qalbi tkun trid titlaq tiġri
u taqbeú minn x'imkien:
dak il-ħin terfagħni int.
Kultant nimmuta u xejn u ħadd mill-qalb
ma jreġġa' lura l-kliem.
Imm'inti tibgħatli n-nies jgħiduli "haw' min saqs' għalik."
Imbagħad terfagħli qalbi u tilqagħli l-istorbju;
tmewwet id-daqqiet
u tkeċċi 'l kulħadd 'il barra;
tiftaħ it-twieqi u ddaħħal bil-moħbi s-skiet.
U bil-lejl, meta jaqa' l-ħsieb kollu tal-
ġurnata,
tiġi tħabbat bil-ħlewwa fuq qalbi,
u tibqa' tistenna wara l-bieb
sakemm tismagħni.